It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jaħdmu ma’ aġenziji ta’ ħidma soċjali f’din il-lokalita’.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali tal-Qawra.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi seminar dwar “il-Ħaddiem u l-Konsumatur” organizzat mit-Taqsima Pastorali fid-dinja tax-Xoghol, f’Dar l-Ewropa, Valletta.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Liturġija ta’ Burmarrad.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bdiewa mill-parroċċa ta’ Burmarrad.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa mal-Kummissjoni Żgħażagħ u żgħażagħ mill-parroċċa ta’ Burmarrad.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Dun Mario Said, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq dwar iż-Żjara Pastorali.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni mill-parroċċa ta’ Burmarrad li jixtiequ jkellmuh.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Familja ta’ l-istess parroċċa.

Il-Ħamis

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekizmu (MUSEUM), Burmarrad.

5.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika ta’ l-istess parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali u l-Kunsill Implimentazzjoni Sinodu ta’ Burmarrad.

Il-Ġimgħa

10.00 am. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa għall-istaff tas-Seminarju Maġġuri u wara jibqa’ magħhom għall-ikel, fil-Kunvent ta’ San Ġuzepp, Rabat.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali ta’ Burmarrad.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bħala parti mill-‘Faculty Day’ organizzata mill-Fakulta ta’ Teoloġija, li se ssir fiċ-Ċentru Parrokjali ta’ Ħ’Attard.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Ħal Għaxaq fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili ta’ Ħal Għaxaq.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa għat-tobba u wara jiċċelebra Quddiesa organizzata mis-Segretarjat tal-Lajċi, fis-Seminarju.