• **

    Diretturi:       Phil Lord, Christopher Miller
    Atturi:            Jonah Hill, Channing Tatum, Ice Cube
    Ħin:                112 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  15
    Klassifika tal-Knisja:      18
     
    Wara li jwaqqfu klikka li kienet qedha ddaħħal id-droga b’kutrabandu, iż-żewġ pulizzija pajżana Schmidt u Jenko jitqabbdu jsibu min qed imexxi droga sintetika, msejħa ‘whyphy’. Għalhekk jagħmluha ta’ studenti universitarji, iżda jidħlu b’ruħhom u snienhom fil-ħajja ta’ l-istudenti. Schmidt jinnamra ma Maya filwaqt li Jenko isir ‘ħabib’ ta’ Zook, li huwa stilla tal-football amerikan. Il-kaptan tal-pulizzija Dickson xejn ma jogħġbu x’qed jagħmlu ż-żewġ pulizzija pajżana, imma m’għandux għażla oħra ħlief li jħallihom isegwu tarf ta’ ħjiel li tista’ twassalhom biex isibu dik id-droga minn fejn ġejja. Huma jmorru l-Messiku fejn jispiċċaw biex jiffaċċjaw kriminali li kien ilhom jipprovaw jaqbduh.
     
    Film t’azzjoni u kummiedja li jsegwi fuq il-film ’21 Jump Street’ li ħareġ fl-2012. Film b’pass magħġġel, mimli żufjett, iżda hu wisq amerikanat u ċ-ċajt li fih mhux dejjem jiftihem mill-barranin. Jonah Hill u Channing Tatum jaħdmu parti tajba, għalkemm il-film ma tantx fih plot. Fih xeni ta’ vjolenza, ħafna kliem ħażin u doppju sens, u temi skabrużi. Jgħodd għal udjenza adulta.