-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof jattendi laqgħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja, fil-Kurja.L-Erbgħa
11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, il-Kurja.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ żgħażagħ li se jagħmlu esperjenza ta’ volontarjat matul is-sajf, waqt l-attivita “Sendoff” organizzata mill-KDŻ, f’Dar San Ġużepp, Santa Venera.Il-Ħamis
10.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesù, fir-residenza għall-anzjani San Vincenz de Paul.Il-Ġimgħa
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seba’ żgħażagħ li se jiġu ordnati saċerdoti, u wara jiekol magħhom, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.Is-Sibt
5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi Translazzjoni, Għasar u Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Katidral tal-Mdina.Il-Ħadd
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Mdina, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl.