It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fiċ-Ċentru Ġesu’ l-Ħabib tat-Tfal, San Ġwann, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali, f’San Ġwann.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġwann.

8.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-Żgħażagħ (18+) fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġwann.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ‘A’ ta’ San Ġwann.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa ta’ San Ġwann, fil-Kunvent.

L-Erbgħa

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fil-Kunvent ta’ San Ġwann.

5.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fil-Kunvent ta’ San Ġwann.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u Koppji Mexxejja fil-Kunvent ta’ San Ġwann.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istaff tal-Occupational Health and Safety Authority, fl-okkazjoni tal-10 anniversarju mit-twaqqif tal-Awtorita’.

5.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fil-MUSEUM u fiċ-Ċentru ta’ Żwejt, fil-MUSEUM tas-Subien, San Ġwann.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġwann.

Il-Ġimgħa

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġwann.

Is-Sibt

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-mexxejja ekumeniċi, l-Kurja.

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi t-Translazzjoni, Għasar u Quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl fil-Katidral tal-Imdina.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl fil-Katidral tal-Imdina.

5.30 p.m. L-Arċisqof jagħti bidu għall-ħidma pastorali ta’ Dun Mario Tong bħala l-Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.