It-Tnejn
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-iskola Maria Assunta, Ħamrun.
7.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm televiziv irrekordjat.
It-Tlieta
L-ebda mpenn uffiċjali
L-Erbgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-kappillani waqt irtir f’Dar Manresa, Għawdex.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Katerina, Żejtun.
Il-Ħamis
12.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għaċ-ċerimonja tat-tluq tar-Re Juan Carlos I u r-Reġina Sofia fi Pjazza San Ġorġ, Valletta.
Il-Ġimgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja tal-Gudja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jilqa’ lil Monsinjur Sergio Krzywwy, Isqof fil-Brazil, għal żjara ta’ kortesija.
6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċerimonja li fiha ħames seminaristi se jingħataw il-Ministeru ta’ l-Akkolitat, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju, Floriana.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr VicGeorge Vassallo, Kappillan ta’ Marsaxlokk bi tħeħħija għaż-żjara pastorali li se ssir f’din il-parroċċa.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Tas-Silġ, Marsaxlokk.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kommunita’ tal-patrijiet Tereżjani u joqgħod magħhom għall-ikel.
Il-Ħadd
8.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ uffiċjali taż-żjara pastorali f’ Marsaxlokk.
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-sorijiet Ġesu Nażżarenu f’ Marsaxlokk.
11.15 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tas-soċjeta ċivili.
8.00 p.m. L-Arċisqof imexxi t-talba ta’ filgħaxija maż-żgħażagħ fis-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa.