It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jinawgura multi-sensory room għall-użu tar-residenzi tad-Dar tal-Providenza.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sur Stephen Axisa, tal-Aid to the Church in Need, fil-Kurja.

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja, fil-Kurja.

L-Erbgħa

09.30 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lis-Sur Benedetto Lino u Patri Martin Bitzer OFM Conv, mill-Kunsill Ġenerali tal-Ordni Sekulari Franġiskan, fil-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-Inawgurazzjoni tal- Ktieb ‘Il-Ġurnal tar-Ruħ’, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), f’Birkirkara.

Il-Ħamis

8.45 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konfrenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni għal dawk li temmew b’suċċess il-programm ta’ rijabilitazzjoni mill-użu tad-droga, organizzata mill-Caritas Malta, fiċ-Ċentru tal-Caritas Malta, f’San Blas.

Il-Ġimgħa

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi Translazzjoni, Għasar u Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Katidral tal-Mdina.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Mdina, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Matul din iċ-ċelebrazzjoni se jkun ipprezentat formalment l-E.T. Mons Aldo Cavalli, in-Nunzju Apostoliku għal Malta

8.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jbierek il-ħobż ta’ S. Nikola, fil-Knisja Parrokkjali tas- Siġġiewi.

Il-Ħadd

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ li se jagħmlu xogħol voluntarju f’Malta u barra matul is-sajf, fl-Sky Club, Paceville.