Nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2013, l-attività tal-bidu tas-sajf mill-KDŻ se ssir ġewwa SKY Club, Paceville mis-7pm ‘il quddiem. It-tema “2by2” tirrifletti l-missjunarjetà ta’ ħafna żgħażagħ li, dan is-sajf, se jqattgħuh f’volontarjat. Bħad-dixxipli f’Luqa 10:1 huma qiegħdin jintbagħatu f’isem Ġesù.

2by2 se jkun hemm kunċert live minn uħud mill-aktar bands insara prominenti; riċetti speċjali ta’ mocktails; kif ukoll iċ-ċerimonja annwali tal-Mandat fejn l-Arċisqof jibagħat simbolikament liż-żgħażagħ voluntiera. Dan is-sajf, madwar 500 żagħżugħ u żagħżugħa se jieħdu sehem fi proġetti ta’ volontarjat, f’Malta u madwar il-bqija tad-dinja.

Dħul għal 2by2 huwa bla ħlas iżda se jkunu qiegħdin jinġabru donazzjonijiet b’riżq il-Fond tat-Tfal tal-SCE, organiżżazzjoni uffiċjali li tgħin lil tfal vulnerabbli fi skejjel tal-Knisja.

L-attività qiegħda tiġi organiżżata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. Aktar dettalji fuq http://bit.ly/2X2atSKY