• 24 – 30 ta’ Marzu

  • It-Tnejn          
    5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru Kateketiku, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Balluta.
    6.15 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tal-istess parroċċa.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u tal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu tal-istess parroċċa.
     
    It-Tlieta          
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof iżur il-morda u l-familji mill-parroċċa tal-Balluta.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Liturġija tal-istess parroċċa.
    7.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Familja tal-istess parroċċa.
     
    L-Erbgħa
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fil-Kurja.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Fondazzjoni tal-Istudji Teoloġiċi, fil-Kurja.
     
    Il-Ħamis         
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru Kateketiku tas-Sacred Heart, il-Balluta.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunità tas-Sorijiet tas-Sacred Heart, il-Balluta.
     
    Il-Ġimgħa
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, flimkien mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi, fil-Kurja.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ penitenzjali bl-Istatwa Mirakoluża ta’ Ġesù Redentur, u wara jiċċelebra quddiesa fl-Isla. 

    Is-Sibt
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġeliżazzjoni, il-Balluta.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru Pastorali Ġesù Ħabib, il-Balluta.
     
    Il-Ħadd
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għat-tfal, u għall-ġenituri, li se joffru it-talba tagħhom biex f’din is-sena jagħmlu il-Grizma, Ħad-Dingli.