It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa, fil- kunvent, bħala parti miż-Żjara Pastorali li qed jagħmel f’ Guardamangia.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fis-Sala Yvonne, f’Guardamangia.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizazzjoni fis-Sala Yvonne, f’Guardamangia.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjetà Ċivili fis-Sala Yvonne, f’Guardamangia.

L-Erbgħa
Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur lill-kappillani fl-irtir spiritwali annwali tagħhom u jiċċelebra quddiesa f’Dar Manresa, ir-Rabat Għawdex.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi rtir u jiċċelebra quddiesa għall-impjegati tal-Kurja, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtu’, ir-Rabat.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha żewġ seminaristi jirċievu l-ministeru tal-Akkolitat, fil-parroċċa tar-Rabat.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, l-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jingħata l-pussess lil Dun Ġorġ Spiteri bħala kappillan tal-Imqabba.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, tas-Sliema.

6.00 p.m. Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla bħala parti min-Novena bit-tħejjija tal-Feata tal-Immakulata Kunċizzjoni.