It-Tnejn
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-Parroċċa tal-Mellieħa, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-istess parroċċa.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, Kunsill Ekonomiku Parrokkjali tal-Mellieħa.
8.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ tal-parroċċa tal-Mellieħa fiċ-ċentru parrokkjali.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Klabb Nisa ta’ Mlit tal-Mosta, fil-Kurja.
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ studenti mill-iskejjel sekondarji li qed jipparteċipaw fil- Global Educational Week 2009.
11.00 a.m. L-Arċisqof iżur grupp ta’ saċerdoti li qed jagħmlu irtir fid-Dar Ħanin Samarittan, Sta Venera.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Mellieħa.
7.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali tal-istess parroċċa.
L-Erbgħa
7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem, u wara joqgħod mar-residenti għall-ikel.
Il-Ħamis
09.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-Ministru Ġenerali tal-Patrijiet Franġiskani, Padre Jose’ Rodriguez Carballo, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, f’ San Pawl il-Baħar.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ biex jipprezentawlu rapport dwar il-faqar, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
Il-Ġimgħa
11.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Franġiskani ta’ San Pawl il-Baħar.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili bħala parti miż-żjara pastorali f’San Pawl il-Baħar.
Is-Sibt
09.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-viċi president tal-Konferenza Metodista tal-Gran Brittanja, Dr Richard Vautrey, akkumpanjat minn martu, is-Sinjura Anne Vautrey, fl-uffiċċju tiegħu, l-Kurja.
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tad-Delegati, fil-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tax-Xemxija.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Kappuċċini tax-Xemxija, u joqgħod magħhom għall-ikel.
Il-Ħadd
9.15 a.m. L-Arċisqof jmexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Qaddisin Kollha, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.