It-Tnejn
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet għall-vista ad Limina dwar l-Arċidjoċesi ta’ Malta, fil-Vatikan. Matul dawn il-laqgħat, l-Isqof Mario Grech ukoll se jippreżenta s-sitwazzjoni dwar id-Djoċesi t’Għawdex.
11.00 a.m. L-Arċisqof, l-Isqof t’Għawdex u l-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca jiltaqgħu mal-Papa Benedittu XVI f’udjenza privata.
12.30 p.m. L-Arċisqof jattendi laqgħa l-Kunsill Pontifiċju għall-Kura Pastorali tal-Migranti u Persuni f’Moviment.
4.00 p.m. L-Isqfijiet jiċċelebraw Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran.
It-Tlieta
Matul dan il-jum l-Isqfijiet Maltin se jkollhom laqgħat mat-Tribunal tas-Senjatura Appostolika, mal-Kongregazzjoni tal-Kleru, mal-Kongregazzjoni tal-Edukazzjoni Nisranija, mal-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, mas-Segretarju tal-Istat l-Emm. Tiegħu il-Kardinal Tarcisio Bertone.
4.00 p.m. L-Isqfijiet jiċċelebraw Quddiesa fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore.
L-Erbgħa
7.15 a.m. L-Isqfijiet jiċċelebraw Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru.
Matul dan il-jum l-Isqfijiet Maltin se jkollhom laqgħat mal-Kunsill Pontifiċju għall-Kura tal-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa, mal-Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ Ħajja Kkonsagrata u s-Soċjetajiet ta’ Ħajja Appostolika, mal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-fidi u mal-Kunsill Pontifiċju għall-Evanġelizzazzjoni Ġdida.
Il-Ħamis
Matul dan il-jum l-Isqfijiet Maltin se jkollhom laqgħat mal-Kongregazzjoni tal-Kult u Dixxiplina tas-Sagramenti, mal-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali u mal-Penitenzieria Apostolica.
4.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Paolo Fuori le Mura.
Il-Ġimgħa
3.00 p.m. L-Arċisqof, l-Isqof t’Għawdex u l-Arċisqof Emeritus jaslu lura Malta.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Rev. Joe Saliba O.Carm. u Rev. Ivan Scicluna O.Carm., kappillani ġodda ta’ Santa Venera u Fleur de Lys rispettivament.
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, fil-Kurja.
Il-Ħadd