It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, Fgura

6.45 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Fgura.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-Fgura.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr Mario Tong, Arċipriet tal-Mosta, dwar iż-żjara pastorali li saret fil-parroċċa tiegħu.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq radju RTK.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Fgura.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja tal-Fgura.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq TVM.

10.00 a.m.L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp mill-Azzjoni Kattolika minn Għawdex.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Mgr. Manuel Almner, Dekan Metropolitan ta’ Zaragosa, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat lill-Mara, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt.

Il-Ħamis

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi ikla fl-okkażjoni tal-ordinazzjoni Episkopali ta’ l-E.T. Mgr. Joseph Bonello, Isqof tal-Honduras.

Il-Ġimgħa

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr Joe Saliba OC, Kappillan ta’ Fleur de Lys, dwar iż-żjara pastorali li se ssir fil-parroċċa tiegħu.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-grupp ta’ adolexxenti tal-Fgura, ‘Pathway’.

7.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali tal-Fgura.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sur Peter Cassar Torregiani, Konslu tal-Peru.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Praeses Nikolaus Schneider, li jmexxi l-Knisja Evanġelika fil-Ġermanja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħazagħ u Adolexxenti ta’ Fleur de Lys.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Fleur de Lys.  

Il-Ħadd

10.30 a.m. L-Arċisqof iżur  Ulied il-Qalb ta’ Ġesu ta’ Fleur de Lys.

12.00 p.m. L-Arċisqof izur il-komunita’ Karmelitana u jibqa magħhom għall-ikel.