It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.


It-Tlieta

6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa ta’ Ġesu’  Redentur u wara jiċċelebra Quddiesa fil-Paroċċa ta’ San Gejtanu l-Hamrun.


L-Erbgħa

8.00 p.m. L-Arċisqof imexxi it-talb tal-Via Sagra, mill-Paroċċa ta’ Santa Marija sad-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

Il-Ħamis

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa Pontifikali li fiha jsir it-Tberik taż-Żjut tal-Katekumeni, tal-Griżma u tal-Morda fil-Konkatidral ta’ San Gwann.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Quddiesa Pontifikali li fiha ssir it-tifkira tal-ħasil tar-riġlejn, tat-twaqqif tas-saċerdozju u tal-Ewkaristija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Il-Ġimgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq TVM.

3.30 p.m. L-Arcisqof jippresiedi l-funzjoni li fiha jkun hemm il-Qari tal-Passjoni,  l-Adorazzjoni tas-Salib u t-Tqarbin Imqaddes fil-Konkatidral ta’ San Gwann.

Is-Sibt

8.30 a.m. L-Arcisqof  iżur qassisin anzjani fid-djar tagħhom u jagħtihom l-awguri tal-Għid.

8.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-Ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.


Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Palazz tal-President fl-okkażjoni ta’ l-ewwel Anniversarju mill-ħatra ta’ l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti fid-Dar tal-Kleru B’Kara u jagħtu l-awguri ta’ l-Għid lil xulxin.