It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tad-Duttrina bħala parti miż-Żjara Pastorali li qiegħed jagħmel fil-parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti kollha fiċ-Ċentru tad-Duttrina, tas-Sliema.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku fiċ-Ċentru tad-Duttrina, tas-Sliema.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jagħmel żjara fl-iskola Sekondarja, Tal-Ħandaq, Ħal Qormi.

6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċelebrazzjoni Marjana, wara jiċċelebra quddiesa, u jiftaħ wirja mill-Abbatini Dumnikani, fil-festa tal-Madonna tal-Għar, fil-Knisja ta’ San Duminku r-Rabat.

L-Erbgħa

6.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’konċelebrazzjoni pontifikali mmexxija mill-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Jose Sariva Martins, fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tal-Istatwa ta’ San Ġuzepp, fil-Knisja Santa Marija ta’ Ġesu, r-Rabat.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja, tas-Sliema.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fiċ-Ċentru tad-Duttrina, tas-Sliema.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja fiċ-Ċentru tad-Duttrina, tas-Sliema.

Il-Ġimgħa

4.15 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunità tas-Sorijiet Dorotej, tas-Sliema.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizzazzjoni fiċ-Ċentru tad-Duttrina, tas-Sliema.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ man-nies individwali fiċ-Ċentru tad-Duttrina, tas-Sliema.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiekol mas-saċerdoti, tas-Sliema.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, l-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunità tas-Sorijiet Ursolini, tas-Sliema.

6.30 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Kappella tal-Ursolini, tas-Sliema.

Il-Ħadd

10.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-knisja ta’ St Patrick’s, tas-Sliema.

11.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Salesians Boys Brigade, il-kooperaturi Salesjani u Past Pupils fl-Oratorju tas-Salesjani ta’ Don Bosco, tas-Sliema.

12.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Komunità tas-Salesjani u jiekol magħhom, tas-Sliema.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’Manifestazzjoni Marjana mat-tfal organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal, f’Ta’ Qali.