Mdina Dialogues inside the Cathedral

Nhar l-Erbgħa 24 t’April 2013 saret it-tieni parti tad-Djalogi fl-Imdina, bejn Arċisqof Pawl Cremona u ż-żgħażagħ ġewwa l-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Aktar minn 150 persuna ipparteċipaw f’serata ta’ animazzjoni u konverżazzjoni f’ambjent li nħoloq apposta għall-okkażjoni ġewwa l-Kattidral ta’ San Pawl.

Id-Djalogi fl-Imdina ittellgħu fuq żewġ serati, li ġabu flimkien liż-żgħażagħ u lill-Arċisqof għal siegħa ta’ skambju. Il-parteċipanti laqgħu l-opportunità, li saret għall-ewwel darba, u ressqu lill-Mons. Cremona id-domandi, diffikultajiet u suġġerimenti dwar il-fidi.

Is-serati ġew organiżżati minn LinkYouths bil-kollaborazzjoni ta’ G7.30, Y4J, il-Moviment tal-Fokolare, u Connections. Id-Djalogi fl-Imdina ġew ikkordinati mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]