-
3 – 9 ta’ Frar
-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtù.
It-Tlieta
6.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja Konsagrata, l-Iskola Santa Monica, Birkirkara.
L-Erbgħa
11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, il-Kurja.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Liturġija bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Implementazzjoni Sindodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokjali tal-istess parroċċa.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi.
5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM għall-bniet ta’ San Pietru, Ħal Qormi.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tal-istess parroċċa, Ħal Qormi.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Familja tal-istess parroċċa.
Il-Ġimgħa
6.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien fil-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija tal-istess parroċċa.
8.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ tal-istess parroċċa.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, il-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella Sagra Familja, Ħal Qormi.
7.30 p.m L-Arċisqof jiltaqa’ mal-fratelli tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.
Il-Ħadd
5.15 p.m. L-Arċisqof imexxi t-Translazzjoni fl-okkażjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, fil-Knisja Parrokjali ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.