Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ qiegħda tiċċelebra 30 sena mit-twaqqif tagħha, f’Jannar 1983. KDŻ hija l-organu uffiċjali fi ħdan il-knisja responsabbli għall-qadi taż-żgħażagħ f’Malta.
Matul is-snin, il-Kummissjoni nisslet xerjiet u perspettivi ġodda fis-servizzi għaż-żgħażagħ. Fost l-aktar inizjattivi li jibqgħu mfakkra nsibu l-edizzjonijiet ta’ Festażgħażagħ, il-pubblikazzjoni ta-s-serje Djarju Ħabib, il-kampanja edukattiva Lejn Ħajja Sesswali Isbaħ, il-laqgħa ta’ Papa Benedittu miż-żgħażagħ fuq il-Valletta Waterfront u il-Konkorsi ta’ Mu’ika tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.
Illum-il ġurnata, KDŻ tgħaraf l-irwol tagħha bħala fus fil-knisja żagħżugħa. Il-missjoni tagħha hija li jiġu offruti esperjenzi ta’ fidi għaż-żgħażagħ ta’ kwalità permezz tas-sostenn kontinwu lill-operaturi pastorali u komunitajiet tagħhom. F’dan it-30 anniversarju, KDŻ qiegħda tmexxi ‘l quddiem l-għażla preferenjali li l-Knisja f’Malta għamlet favur proċessi formattivi aktar sinjifikanti.