It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġwann bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.
It-Tlieta
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ‘B’ ta’ San Ġwann.
L-Erbgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jirċievi żjara ta’ kortesija minn Mons. Isqof ta’ Lourdes, il-Kurja.
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr Claude Portelli, Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan dwar iż-Żjara Pastorali fil-parroċċa.
11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra l-Festa tal-Kandlora flimkien mal-kappillani u rappreżentanti lajċi tal-parroċċi fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex.
Il-Ħamis
8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Kandlora, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Mensija, San Ġwann u wara jiltaqa’ man-nies.
Il-Ġimgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Komm. E. Fenech Pace, il-Logotenent ġdid tal-Ordni tal-Qabar Imqaddes ta’ Ġerusalemm.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta Jum il-Ħajja Konsagrata, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, l-Kurja.
4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Dun Jude Ray, mill-Propoganda Fidei, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
6.10 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa ġenerali tal-Gruppi Familji Nsara,fiċ-Ċentru Pastorali ta’ San Bastjan, Ħal-Qormi.
Il-Ħadd
11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan fil-ftuħ taż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.