-
30 ta’ Settembru – 6 ta Ottubru
-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
It-Tlieta
4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.
L-Erbgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-E.T. Justin Welby, Isqof ta’ Caterbury, għal żjara ta’ kortezija, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, l-Kurja.
Il-Ħamis
10.30 p.m. L-Arċisqof ibierek l-uffiċċini tal-Fondazzjoni RISE, fil-Belt Valletta.
6.30 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja parrokjali tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun, fl-okkażjoni tal-50 sena mill-ftuħ tagħha u bħala bidu tas-Sena Soċjali.
Il-Ġimgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa biex jinawgura is-sena akkademika tal-Università tat-terza età.
6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Djoċesana, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Djoċesana, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Loreto, Pietà, fl-okkażjoni tal-professjoni perpetwa tas-Sorijiet Ursolini ġodda.
Il-Ħadd
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-104 anniversarju mit-twaqqif tal-Saint John’s Ambulance Brigade, fil-Knisja ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.
5.30 p.m. L-Arċisqof imexxi quddiesa li fiha jintroduċi lil Mons. Alex Cordina bħala l-arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.