It-Tnejn

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u l-kant tat-Te Deum fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tat-tmiem tas-sena 2012.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof flimkien mal-Isqof Awżiljarju jagħti l-awguri ta’ sena ġdida lill-E.T. President ta’ Malta u s-Sinjura Abela, fil-Palazz il-Belt. Wara l-Arċisqof jilqa’ l-Awguri tal-Korpi Kostitwiti, fil-Palazz tal-Arċisqof il-Belt.

8.00 p.m. L-Arċisqof iżur id-Dar tal-Providenza fl-għeluq tal-maratona ġbir ta’ fondi, fis-Siġġiewi.

L-Erbgħa

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mall-membri tal-Kunsilli tas-Segretarjati u Kummissjonijiet Djoċesani fiċ-Ċentru Pastorali, Tal-Ibraġġ.

Il-Ħamis
Il-Ġimgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn il-membri tal-Fakulta’ tat-Teoloġija u l- istaff tas-Seminarju Maġġuri, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tat-Trinita’ Qaddisa, Marsa bħala ftuħ tal-Viżta Pastorali fl-istess parroċċa u wara jiltaqa’ man- nies.

Il-Ħadd

9.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-Festa tal-Epifanija tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi festin għas-saċerdoti, fid-Dar tal-Kleru Birkirkara.

8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-kunċert tal-Epifanija, fil-Palazz il-Belt.