It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, fir-residenza tiegħu, Attard.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ żgħażagħ għal djalogu nformali magħhom.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru ta’ matul il-Jum f’ St. Venera.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur ir-residenti ta’ Marina Home, l-Imsida, u jiċċelebra Quddiesa.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Istaff tal-ITU tal-Isptar Mater Dei.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq TVM.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Dun Walter Cauchi, Kappillan ta’ Wied il-Għajn bi tħejjija għaż-żjara pastorali fil-parroċċa tiegħu.

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fil-Kurja.

Il-Ħamis

6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ talb fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja Konsagrata fis-Sala tal-Iskola ta’ Santa Monica, B’Kara.

Il-Ġimgħa

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa flimkien mal-Kappillani u rappreżentanti tal-parroċċi fl-okkażjoni tal-festa tal-Kandlora fil-Knisja ta’ San Bastjan, Ħal Qormi.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiġi ppreżentat bil-publikazzjoni ‘The Earliest Church Register of Gozo 1554-1628’, mill-awtur Prof. Horatius Vella, fil-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Wied il-Għajn, fil-ftuħ taż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Il-Ħadd

11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju tal-Eċċellenza Tiegħu Mons. Joe Grech, Isqof ta’ Sandhurst, l-Awstralja, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem fit-28 ta’ Diċembru.