It-Tnejn

9.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tal-Katekeżi San Duminku, r-Rabat bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-qasam tal-MUSEUM tas-subien, ir-Rabat.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fil-MUSEUM (subien) mal-katekisti tat-tfal, ir-Rabat.

It-Tlieta

3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq RTK.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-Erwieħ kollha, l-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni maghmula mill-Knisja Kattolika u l-Kunsill Dinji tal-Knejjes li qed tiltaqa’ fis-Seminarju, Tal-Virtu’, Rabat.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof jattendi laqgħa u jiċċelebra l-quddiesa għall-membri tal-Hospice Movement, il-Millenium Chapel.

4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-ewwel minn serje oħra ta’ laqgħat għall-kleru, il-Kappuċini, il-Floriana.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi Lectio Divina, organiżzzta mill-KDŻ, iż-Żebbuġ.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi laqgha ekumenika Praying and Singing for Peace fil-Konkatidral ta’ San Gwann.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiġi ppreżentat bi ktieb dwar l-istorja ta’ Ħal Balzan mill-awtur, is-Sur Carmel Bezzina, il-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Presbiterali Djoċesan, il-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tar-Rabat bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu.

6.00 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Kappella Sant’ Agatha u wara jiltaqa’ man-nies. Aktar tard, jiltaqa’ mal-komunita’ tal-MSSP u jiekol magħhom.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja San Franġisk a wara jiltaqa’ man-nies. Wara jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali (OFM Konv) u jiekol magħhom.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa tar-Rabat.