-
4 – 10 ta’ Novembru
-
It-Tnejn
9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtù.
It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwalment u joqgħod magħhom għall-ikel, l-Isla.
3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq l-RTK.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-MUSEUM tas-subien bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Isla.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tal-istess parroċċa.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implementazzjoni Sindodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokjali, l-Isla.
L-Erbgħa
9.15 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem u jagħti messaġġ tiegħu waqt il-European Marian Network Conference.
11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, il-Kurja.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ parruċċani tal-Isla li jixtiequ jkellmuh personalment.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-animaturi tal-evanġelizazzjoni, tal-Isla.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ mill-parroċċa tal-Isla.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja tal-Isla.
5.30 p.m. L- Arċisqof iżur il-MUSEUM tal-bniet, l-Isla.
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali, tal-Isla.
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr Franco Fenech OFM Cap u mal-Kunsill tal-Fundazzjoni RISe, Kurja.
10.15 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Mr Paul Camilleri mill-Fundazzjoni Golden Daffodils, Kurja.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jordna lis-seminaristi Brian Gialanze u Luke Cutajar bħala djakni ġodda, Birżebbugia.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, il-Kurja.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Portu Salvo u wara jiltaqa’ mal-komunità tas-Sależjani u jiekol magħhom, l-Isla.
Il-Ħadd
9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali f’Jum it-Tifkira, Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
12.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkazzjoni tal-20 sena mill-bidu tal-Kunsilli Lokali, Katidral tal-Imdina.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Griżma, l-Mosta.