• L-Isqof Emmanuel Barbara jinħatar Amministratur Appostoliku tad-Djoċesi ta’ Mombasa

  • Il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap. bħala Amministratur Appostoliku tad-Djoċesi ta’ Mombasa, Kenja. Mons. Emanuel Barbara huwa wkoll Isqof tad-Djoċesi ta’ Malindi.

    Il-ħatra tal-Isqof Barbara saret wara li l-Isqof preżenti offra r-riżenja tiegħu għal raġunijiet ta’ saħħa. L-Isqof Barbara ser ikun Isqof ta’ Mombasa sakemm il-Papa jagħżel Isqof ġdid għal din id-Djoċesi.

    L-Isqof Emanuel Barbara ġie ordnat Isqof fil-Kenja fl-2011.