WYD2011

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ se jkunu qed jiskattaw fi żmien 48 jum, bin-numru ta’ pellegrini reġistrati għall-attivita f’Madrid diġa hu wieħed rekord. F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Vatikan, li tat aġġornament dwar l-attivitajiet ta’ bejn id-19 u l-21 t’Awwissu, il-President tal-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, il-Kardinal Stanislaw Rylko, qal li qatt ma kien hemm dan l-ammont ta’nies reġistrati xahar u nofs qabel l-attivita.

Huwa tkellem dwar il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ bħala “esperjenza ta’ Knisja li hi viċin iż-żgħażagħ, għas-servizz tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda. Hija esperjenza ta’ Knisja Universali li tiġbor lil kulħadd, ta’ Knisja żagħżugħa, mimlija entużjażmu”.

Il-Kardinal innota l-importanza tal-formazzjoni fil-kuntest taċ-ċelebrazzjonijiet.

Mal-440,000 żagħżugħ u żagħżugħa, hemm 745 Isqof reġistrat,flimkien ma’ 13,455 saċerdot u 4,585 seminarist.