It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippreżenta r-rapport ‘Nirrestawraw il-Festi Flimkien’ lill-Kulleġġ tal-Kappillani.

11.00 a.m. L-Arċisqof jippreżenta l-istess rapport lill-media.

6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal riċeviment fl-okkażjoni tad-dsatax-il anniversarju mill-għaqda tal-Ġermanja fir-residenza ta’ l-ambaxxatur Ġermaniż, f’ħal Lija.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-konferenza bit-tema ‘Insahhu z-Zwieg u l-Familji’, organizzata mill-moviment ta’ Kana u miċ-Ċentru tal-Istudju fuq il-Familja tal-Universita ta’ Malta, fil-Palazz, il-Belt.

6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal seminar organizzat mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, dwar l-etika fil-qasam finanzjarju, fir-Rabat.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm b’xandira diretta fuq TVM.

12.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Manikta dwar iż-Żjara Pastorali li se ssir f’din il-lokalita’, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

7.00 p.m. L-Arċisqof jindirizza l-katekisti fl-okkażjoni ta’ Jum il-Katekisti, fiċ-ċentru tal-MUSEUM, Blata l-Bajda.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof jżur l-għalliema u l-istudenti ta’ l-iskola St. Miċhael, f’Sta Venera

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Sr Giustina Ċarollo, Superjura ġdida tas-sorijiet tal-Bon Pastur, fir-residenza tiegħu ħ’Attard.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ li matul is-sajf li għadda kellhom esperjenza missjunarja. Din l-attivita’ se ssir fil-Valletta Waterfront.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet Don Purangelo Fregazzi u ma’ grupp ta’ ħamsin ruħ mill-Izvezja li jinsabu Malta għal pellgrinaġġ.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-membri tal-Konferenza Internazzjonali tar-Riċerkaturi, fl-oratorju tal-KonKatidral ta’ San Gwann, il-Belt.

6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-ewwel sessjoni ta’ l-Assemblea Djoċesana fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ H’Attard.

Is-Sibt

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi t-tieni sessjoni ta’ l-Assemblea Djoċesana fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ H’Attard.

Il-Ħadd

09.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bdiewa tal-Manikata f’din il-lokalita.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-bidu uffiċċjali taż-Żjara Pastorali fil-Manikata.