It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’intervista rrekordjata fuq Education 22.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa organizzata minn Radju Marija fil-Katidral tal-Imdina.

It-Tlieta

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-ħames anniversarju tal-Parroċċa ta’ Pembroke, fil-Knisja ta’ Pembroke.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

12.30 p.m. L-Arċisqof jattendi servizz Ekumeniku bhala parti mill-Programm tal-Milied fl-Universita’.

4.30 p.m. L-Arċisqof jżur iċ-Ċentru Katekezi Kristu Ragħaj ta’ Birezebbugia.

5.30 p.m. L-Arċisqof jżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet ta’ Birzebbugia.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ Birzebbugia.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali ta’ Birzebbugia.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja ta’ Birzebbugia.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ta’ Birzebbugia ndividwalment.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja ta’ Birzebbugia.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ta’ Birzebbugia u joqgħod magħhom għall-ikel.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-istudenti tal-iskola St Joseph Antide, Gudja.

4.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Rapprezentattiv Djoċesan, fil-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u maż-żgħażagħ ta’ Birzebbugia.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sur Kenneth Demartino, Chief Scout, fil-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Kunsill Pastorali Djoċesan fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ rapprezentanti tal-Għaqda Nazzjonali Armar tal-Festi.

Il-Ħadd

4.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-mitt anniversarju mit-twelid ta’ Monsinjur Salv Grima, fundatur tad-Dar tal-Kleru, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.