It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. Ulla Gudmundson, Ambaxxatur tal-Izvezja, fir-residenza tiegħu, Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’ konferenza organizzata minn ProġettImpenn bit-tema ‘Il-Familja fl-Ewropa llum’, fil-Phoenicia Ballroom, Floriana.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-Mother and Baby Club ta’ Marsascala, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ta’ Marsascala.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtu’.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

5.15 p.m. L-Arċisqof imexxi t-Translazzjoni u l-Vespri fl-okkzjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl, il-Belt.

Il-Ħamis

9.15 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fil-Kolleġjata ta’ San Pawl, il-Belt, fl-okkażjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof ibierek l-uffiċċini ġodda tat-Tribunal Reġjonali tat-Tieni Istanza, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt.

10.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fil-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda, fil-Knisja ta’ S. Tereza, Birkirkara.

Is-Sibt

9.30 a.m. Arċisqof jipparteċipa f’ konferenza organizzata mil-grupp ta’ żgħażagħ LINK (Qormi, San Ġorġ) u l-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ bit-tema ‘Il-Familja: Diversita’, Sforz u Sagrifiċċju’, fis-sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur Dar tal-Anzjani ‘Charian’ ġewwa Marsascala.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u l-koppji mexxejja tal-parroċċa ta’ Marsascala.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-soċjeta ċivili ta’ Marsascala.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Diakonia tal-parroċċa ta’ Marsascala.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-grupp ta’ adoloxxenti ‘Teenage Group’ ta’ Marsascala.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, għall-għarajjes li se jiżżewġu matul l-2011.