Impenji tal-Arċisqof
Settembru 7 – 13
It-Tnejn
08.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann u jbierek l-oqbra fiċ-ċimiterju anness, fl-okkażjoni tat-tifkira tal-Assedju l-Kbir.
It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Vitorja fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Ħamsin anniversarju mill-professjoni ta’ tliet sorijiet tal-Karita’, fil-kunvent tagħhom, Ħal Balzan.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fid-Dar tal-Kleru.
3.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm dirett fuq Radju RTK.
Il-Ħamis
9.15 a.m. L-Arċisqof jattendi għal kors għall-kleru fuq id-direzzjoni spiritwali fis-seminarju, Rabat.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni għall-attivitajiet tas-sena saċerdotali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Gudja, bi tħejjija għaż-żjara pastorali li ser jagħmel f’din il-parroċċa.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-grupp tal-familja Franġiskana, Floriana.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ l-Kunsill u d-dinjitarji tal-Ordni tas-Santu Sepulkru fi żjara ta’ kortesija, fil-Kurja.
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa għad-delegati dwar l-attwazzjoni tal-Enċiklika Caritas in Veritate, fil-Kurja.
6.15 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja fl-okkażjoni tal-ftuħ taż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.
Il-Ħadd
9.30 a.m. L-Arisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Gudja.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili, fil-Gudja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-mitt sena mil-ftuħ tal-qasam tal-MUSEUM tas-subien tal-parroċċa ta’ Kristu Re, Paola.