It-Tnejn

9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment u wara jiċċelebra Quddiesa u jiekol magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’, ir-Rabat.

It-Tlieta

5.30 p.m.         L- Arċisqof  iżur iċ-ċentru tal-katekiżmu tal-Museum tas-Subien, il-Kalkara.

7.00 p.m.         L- Arċisqof  jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali fid-Dar Parrokkjali, il-Kalkara.

L-Erbgħa

10.00 a.m.       L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

7.00 p.m.         L- Arċisqof  Jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa, fid-Dar Parrokkjali, il-Kalkara.

Il-Ħamis

9.00 a.m.         L- Arċisqof  iżur l-Iskola Primarja tal-Kalkara.

7.00 p.m.         L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ talb għall-kleru fil-ftuħ tas-Sena tal-Fidi, fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Eċċ.za Rev.ma Mons. Joe Alessandro OFM Cap li nħatar Isqof koadjatur ta’ Garissa, Kenya, flimkien Eċċ.za Rev.ma Mons Paul Darmanin OFMCap.

5.45 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa fil-kongregazzjoni Ewropeja taċ-Church of Scotland.

Is-Sibt
Il-Ħadd

9.15 a.m.         L-Arċisqof  jiċċelebra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof, f’Birżebbuġa.

5.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Professjoni Reliġjuża ta’ Sr Monica Sammut fil-kappella tal-Kunvent Ġesu Nazzarenu, iż-Żejtun.