Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Omm il-fidi, it-tama, l-imħabba – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ara, int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemih Ġesù” (Lq 1:31) Dan hu l-kliem tal-anġlu Gabriel lil Marija, fis-silta li għadna kif smajna mill-Evanġelju skont San Luqa. Hija l-ġrajja meta l-anġlu jidher lil Marija u jagħmlilha l-istedina biex hi ssir omm Alla. Din narawha proprju ftit ġranet qabel ma niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù. Hu interessanti, fil-fatt, li ftit ġranet qabel it-twelid aħna qed naraw il-ġrajja tat-tnissil… Kompli aqra »

Is-setgħa ġejja minn Alla – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Int li tħobb il-qalb sinċiera, għallimni l-għerf fil-fond ta’ qalbi” (Salm 51:8). Din is-silta minn Salm 51 tiġini f’moħħi meta nara din id-diskursata bejn Ġesù u l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu li ġew fit-tempju fejn hu kien qiegħed jgħallem.

Huma għamlulu dil-mistoqsija: “Int b’liema setgħa qed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?” (Mt 21:23) Naħsbu ftit: din hija domanda importanti ħafna – li tkun taf Ġesù minn fejn ġejja l-qawwa li għandu… Kompli aqra »

Il-ferħ li jagħtina l-Mulej – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm qisu ritornell li jinstema’ l-ħin kollu llum fil-qari li smajna. L-Ewwel Qari, mill-Profeta Sofonija, jibda: “Għajjat bil-ferħ ta’ qalbek, bint Sijon…infexx fil-hena u ifraħ b’qalbek kollha” (Sof 3:14). Dan il-ħsieb ta’ ferħ hu kontinwu. San Pawl jgħid fl-Ittra tiegħu lill-Filippin: “Ifirħu dejjem fil-Mulej; nerġa’ ngħidilkom, ifirħu” (Fil: 4:4). U s-Salm ukoll jitkellem fuq il-ferħ: “Aqbeż bil-ferħ, għanni” (Isaija 12:6). Kompli aqra »

Kif tista’ tifraħ? …

Musbieħ li baqa’ jagħti d-dawl – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Parroċċa ta’ Santa Luċija, l-Imtarfa

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm tradizzjoni sabiħa bħal-lum, 13 ta’ Diċembru, fl-Isvezja, fejn issir purċissjoni b’għadd ta’ żgħażagħ, li tissejjaħ il-mixja tad-dawl, u waħda miż-żgħażagħ ikollha diversi xemgħat mixgħula mdawra ma’ rasha. Naqra riskjuża din! Imma tradizzjoni sabiħa, li tintrabat ma’ dak li tfisser il-kelma ‘Luċija’ li tfisser ‘dawl’. Tolqtok kif l-imħabba lejn din il-qaddisa, li għexet fis-seklu tlieta u mietet fil-bidu tar-raba’ seklu f’Sirakuża, Sqallija, waslet sal-Isvezja… Kompli aqra »

Il-fidi tagħhom – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ra l-fidi tagħhom” (Lq 5:20). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju llum fuq l-irġiel li kienu qed iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ. Dawn ħaduh quddiem Ġesù, biex Ġesù jfejqu. Tolqotni ħafna f’dan ir-rakkont kif l-Evanġelju jgħid li Ġesù “ra l-fidi tagħhom” – il-fidi ta’ dawn li kienu qed jerfgħu lil wieħed mifluġ.

F’episodji oħra fl-Evanġelju għandna lil Ġesù li jitkellem ma’ min se jfejjaq u jgħidlu: “il-fidi tiegħek fejqitek” (Mk 10:52) – bħal fil-każ ta’ bniedem għama, anke ta’ dik il-mara li kienet ilha tnax-il sena tbati bit-tnixxija tad-demm, u episodji oħra… Kompli aqra »

Is-sbuħija ssalva lid-dinja – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Rxoxt, Pembroke

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ilbieraħ filgħaxija, ġewwa Pariġi fi Franza, kien hemm ċelebrazzjoni tal-ftuħ mill-ġdid tal-Katidral ta’ Notre Dame, wara r-restawr estensiv li sar minħabba n-nar li ħakem il-Katidral u għamel ħafna ħsara ħames snin ilu. Kienet ċelebrazzjoni kbira, li għaliha kienu mistiedna ħafna mexxejja minn pajjiżi differenti, u ntwera apprezzament kbir lejn tant nies li ħadmu tul dawn il-ħames snin għar-restwar ta’ din il-knisja… Kompli aqra »

It-talba taċ-ċenturjun – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Lil wieħed ngħidlu ‘mur’, u jmur; lill-ieħor ngħidlu ‘ejja’, u jiġi” (Mt 8:9). Dan hu l-kliem taċ-ċenturjun fl-Evanġelju llum, meta kien qed jitkellem ma’ Ġesù. Qed jgħidlu l-esperjenza tiegħu kif, għall-kelma tiegħu, in-nies li kellu miegħu kienu jobdu. Kien hemm dixxiplina. Iġib l-għira, kultant, dan iċ-ċenturjun kif kienu jimxu l-affarijiet man-nies li kien jieħu ħsieb! Imma kellu qaddej li kien marid ħafna, u lil dan ma setax jgħidlu “kun imfejjaq” u jfiq… Kompli aqra »

It-tama li tqawwilna qalbna – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qawwu qalbkom u erfgħu raskom” (Lq 21:28). Dan il-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju jgħidu fost kliem ieħor li, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, mhuwiex kliem li jqawwilna qalbna u jgħinna nerfgħu rasna.

F’din is-silta, Ġesù qed jitkellem fuq it-tieni miġja tiegħu. Għall-bidu, qisu hu kliem li intenzjonat biex ibeżżagħna u jdaħħalna f’qoxortna. Imma, fil-fatt, il-kliem ta’ Ġesù mhuwiex biex ibeżża’, imma biex jurina r-realtà kif inhi… Kompli aqra »

Rispett sħiħ lejn id-dinjità tal-mara – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Illum il-Kelma ta’ Alla, it-tifkira Liturġika li qed nagħmlu, kif ukoll il-ġurnata partikulari li qed ngħixu, jgħinuna biex nitfgħu ħarsitna fuq nisa partikulari.

Nibdew mill-Evanġelju. Ġesù jara waħda armla fqira. Żgur li ħadd ma kien jinnutaha u jagħtiha importanza ħlief Ġesù. Imma għalih, kif nafu, kull persuna importanti. Iktar u iktar meta tkun persuna li qed tbati, bħalma kienet l-armla fi żmien Ġesù – persuna li qed tbati minħabba s-sitwazzjoni tagħha… Kompli aqra »

Sultan b’differenza – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jien sultan” (Ġw 18:37). Żgur li tolqotna fil-ħajja ta’ Ġesù kif l-unika darba li jgħid “jien sultan” hu f’mument meta differenti għal kollox minn sultan. Għadu kif ġie ttradut minn Ġuda, qiegħed arrestat, għaddej mill-insulti tal-poplu u jinsab quddiem Pilatu, il-gvernatur Ruman li għandu s-setgħa.

Hu Pilatu li jistaqsi lil Ġesù: “Inti s-Sultan tal-Lhud?” (Ġw 18:33) Il-mistoqsija ta’ Pilatu hija waħda politika… Kompli aqra »