Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Dar Hosea ffirmaw ftehim soċjali ġdid ta’ €74,800 fuq medda ta’ tliet snin.

Dar Hosea hija residenza li tilqa’ u tgħin lin-nisa vulnerabbli.

Il-Ministru Michael Falzon qal li b’dan il-ftehim se jiġi ngaġġat is-servizz ta’ ħaddiem soċjali ieħor full-time u se tingħata aktar minn 2,000 siegħa ta’ xogħol soċjali lill-persuni li jkollhom bżonn din l-għajnuna.

Fl-aħħar xhur, aktar minn 100 persuna li kienu vittmi ta’ prostituzzjoni u sabu ruħhom b’problemi oħra fosthom il-vizzji tal-logħob u d-droga fittxew l-għajnuna ta’ Dar Hosea.

Dawn il-persuni jiġu megħjuna minn tim ta’ professjonisti u voluntiera f’ambjent sigur li joffri tama lil dawn in-nisa, li ġielu jkunu akkumpanjati minn minuri.

Sors: Newsbook.com.mt