San Ġwann 13:31-33A, 34-35
Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal:
“Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa,
u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla.
Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem,
Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu,
u dalwaqt jigglorifikah.
Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom;
Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin.
Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin.
Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi,
jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.”
Qaddis tal-jum: San Fidiel minn Sigmaringen