Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:
Il‑Ġimgħa 1 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha fil‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta.
Is‑Sibt 2 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għall‑mejtin kollha fil‑Kappella tax‑Xirka tad‑Duluri fiċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta.
Il‑Ħadd 3 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu fil‑Balluta fejn Dun Joshua Cortis se jibda l‑ħidma pastorali tiegħu bħala amministratur parrokkjali. Din il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103. Fis‑6pm jiċċelebra quddiesa li fiha Dun Claude Portelli jinħatar arċipriet tal‑Parroċċa ta’ San Pawl fl‑Imdina.
It‑Tlieta 5 ta’ Novembru, fis‑6pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għall‑isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi rġiel u nisa, b’mod speċjali dawk li mietu minn Novembru tas‑sena li għaddiet sal‑lum. Il‑quddiesa se ssir fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina.
Il‑Ħamis 7 ta’ Novembru, fis‑6pm, l‑ Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal‑gradwati l‑ġodda tal‑MCAST fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq knisja.mt.
Is‑Sibt 9 ta’ Novembru, fl‑4:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċa ta’ Santa Katerina fiż‑Żurrieq.
Il‑Ħadd 10 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra pontifikal f’Jum it‑Tifkira fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103. Fl‑4:15pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċa ta’ Santa Katerina fiż‑Żurrieq.
It‑Tlieta 12 ta’ Novembru, fis‑6:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr mal‑gradwati ġodda tal‑Università ta’ Malta fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq Knisja.mt.
Is‑Sibt 16 ta’ Novembru, fl‑10am, l‑Arċisqof imexxi ċerimonja tal‑investitura tal‑Ordni Ekwestri tas‑Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm u wara jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta. Fl‑4pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċa ta’ San Ġorġ Preca fis‑Swatar.
Il‑Ħadd 17 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑kappella ta’ Casa Leone f’San Ġiljan, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103. Fl‑4pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lill‑adolexxenti fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ Preca fis‑Swatar.
Il‑Ħadd 24 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Festa ta’ Kristu Re li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103. Fil‑5pm jiċċelebra l‑Għasar u jagħti l‑Barka Sagramentali fil‑festa ta’ Kristu Re, fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Din tixxandar fuq Knisja.mt.
Il‑Ħamis 28 ta’ Novembru, fis‑6pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑okkażjoni tal‑ħruġ tal‑istatwa min‑niċċa fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Kunċizzjoni f’Bormla.
Il‑Ġimgħa 29 ta’ Novembru, fl‑10:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il‑100 sena mindu ġġarrfet il‑koppla tal‑Bażilika Minuri ta’ San Pawl fir‑Rabat.
Is‑Sibt 30 ta’ Novembru, fl‑4:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lill‑adolexxenti fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Karmnu fi Fleur‑de‑Lys.