Fi ktieb għall-Ġublew tas-sena 2025, il-Papa Franġisku jindirizza kwistjonijiet attwali, fosthom it-tbatija ta’ min ikollu jħalli daru minħabba l-gwerra u l-ġuħ fil-Palestina. Hu jisħaq fuq l-importanza tar-rispett tad-dinjità umana.

Il-ktieb il-ġdid tal-Papa Franġisku għall-Ġublew 2025 jiffoka fuq it-tema, “It-tama ma tiddiżappunta qatt. Pellegrini lejn dinja aħjar”. Il-ktieb joħroġ nhar it-Tlieta 19 ta’ Novembru fl-Italja, Spanja u l-Amerika Latina, u aktar tard f’pajjiżi oħra.

Fid-19 ta’ Novembru il-Papa Franġisku se joħroġ ktieb ġdid (edizzjoni Taljana)

F’silta minnhom, il-Papa jsemmi l-kriżi umanitarja f’Gaża u jgħid li dak li ġara jrid jiġi investigat. Waqt li jitkellem dwar nazzjonijiet li jirċievu refuġjati tal-gwerra, huwa jgħid “Fil-Lvant Nofsani, fejn hemm il-bibien miftuħa min-naħa tal-Ġordan jew il-Libanu jkomplu jkunu salvati miljuni ta’ nies li jaħarbu mill-kunflitti fir-reġjun: Qed naħseb fuq kollox f’dawk li jitilqu minn Gaża f’nofs il-ġuħ li laqtet lil ħuthom Palestinjani minħabba d-diffikultà li jdaħħlu l-ikel u l-għajnuna fit-territorju tagħhom”.

“Skont xi esperti,” jikteb il-Papa Franġisku, “dak li qed jiġri f’Gaża għandu l-karatteristiċi ta’ ġenoċidju. Għandu jiġi investigat bir-reqqa biex jiġi determinat jekk jidħolx fid-definizzjoni teknika fformulata minn ġuristi u korpi internazzjonali.”

Sors: Newsbook Malta