Id-dettalji tal-funeral tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P., li hu kkordinat bejn il-Knisja u l-Istat.
Il-quddiesa tal-funeral ta’ Mons. Cremona se ssir nhar is-Sibt, 22 ta’ Marzu 2025, fid-9:30am fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-quddiesa praesente cadavere se tkun immexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.
Il-Ħamis, 20 ta’ Marzu 2025
12:00pm – 12:15pm | Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. |
3:45pm | Tluq tal-korteo funebri mill-Isptar Mater Dei għall-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. |
4:10pm | Wasla tal-korteo funebri quddiem il-Bażilika Minuri ta’ Sidtna Marija tal-Portu Salvu u ta’ San Duminku, il-Belt Valletta. |
Tingħata tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. mill-familja Dumnikana. | |
4:20pm | Tluq tal-korteo funebri minn quddiem il-Bażilika Minuri ta’ Sidtna Marija tal-Portu Salvu u ta’ San Duminku, il-Belt Valletta. |
Il-korteo funebri jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq il-Merkanti Triq San Duminku Pjazza San Ġorġ Triq ir-Repubblika | |
4:30pm | Wasla tal-korteo funebri f’salib it-toroq bejn Triq San Ġwann u Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. |
4:35pm | Korteo funebri mmexxi mill-Kapitlu Metropolitan għall-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. |
4:45pm | Wasla tal-korteo funebri fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. |
5:00pm | Għasar tal-Mejtin immexxi mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna. |
5:30pm – 8:30pm | L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn ikun hemm ukoll il-ktieb tal-kondoljanzi. |
Ma’ nżul ix-xemx jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. | |
7:30pm | Jingħad ir-Rużarju mill-Familja Dumnikana fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. |
8:30pm | Jingħalaq il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. |
Il-Ġimgħa, 21 ta’ Marzu 2025
8:00am | Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. |
8:30am | Quddiesa fil-Kappella tas-Sagrament fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. |
9:00am – 8:30pm | L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn ikun hemm ukoll il-ktieb tal-kondoljanzi. |
12:00pm – 12:15pm | Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. |
Ma’ nżul ix-xemx jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. | |
7:30pm | Jingħad ir-Rużarju mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. |
Is-Sibt, 22 ta’ Marzu 2025
08:45am | Wasla tal-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna |
09:13am | Wasla tal-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Robert Abela u Dr Lydia Abela |
09:15am | Wasla tal-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono u Dr Anthony Spiteri Debono. |
09:20am | Dħul Solenni tal-ġisem tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. |
09:30am | Quddiesa præsente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna. Il-quddiesa se tixxandar fuq TVM u Knisja.mt. |
Wara l-quddiesa, isir korteo funebri mill-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta għal Triq ir-Repubblika, sad-daħla tal-Belt Valletta. | |
Fi tmiem il-korteo, il-ġisem tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. jittieħed fil-Knisja tal-Madonna tal-Għar u ta’ San Duminku, ir-Rabat, fejn issir id-difna. | |
Mid-daħla tal-Belt Valletta ’l quddiem, il-funeral ikompli f’forma strettament privata. | |
12:00pm | Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. fil-ħin tad-difna. |
Il-bnadar fuq binjiet pubbliċi u ekkleżjastiċi għandhom jittajru mezz’asta matul il-ġurnata tas-Sibt, 22 ta’ Marzu 2025. |