Il-maratona Oħloq Tbissima ta’ din is-sena ġiet fi tmiemha l-Ħadd 13 ta’ Lulju fil-11:30pm, u nġabret is-somma totali ta’ €441,590.
Huma rringrazzjaw lil kull min ta d-donazzjoni tiegħu.
Mill-istudios tas-CPI Media, il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju, Fr Louis Mallia mssp fl-4pm inawgura t-23 edizzjoni tal-maratona ta’ xandir Oħloq Tbissima.
Il-Ġimgħa Oħloq Tbissima waqfet fil-11pm, is-Sibt 12 ta’ Lulju kienet mill-4pm sal-11pm u l-Ħadd 13 ta’ Lulju kienet mill-4pm sal-11.30pm.
Il-maratona xxandret f’diversi ħinijiet fuq TVM, Net u One kif ukoll fuq Fliving.
22 sena ta’ għajnuna lill-Missjunarji Maltin li għal ħafna snin ilhom jaħdmu mal-familji fqar fil-Perù, fil-Pakistan u l-Filippini. Familji li kieku ma kienx għal dawn il-patrijiet qalbiena, tkun diffiċli ħafna għalihom biex jgħixu b’dinjità. Diffiċli biex jieħdu kura medika, diffiċli biex jibgħatu lit-tfal tagħhom l-iskola, diffiċli biex ikollhom almenu ikla kulljum.
Dawn huma r-raġunijiet għaliex fl-eqqel tas-sajf tiġi organizzata l-maratona fl-għeqqel tas-sajf. Kull pajjiż li jingħata l-għajnuna għandu l-isfidi tiegħu, għandu l-ħtiġijiet tiegħu, għandu l-istorja tiegħu. Per eżempju, il-Perù, ħafna familji minħabba nuqqas ta’ xogħol ikollhom jispustjaw ruħhom minn belt għall-oħra, minn rħula qalb il-muntanji għall-ibliet, biex forsi jsibu jaħdmu.
Ħafna draba lanqas kamra fejn jgħixu ma jkollhom, għax litteralment jitilqu kif ngħidu aħna l-maltin b’ta fuqhom senduqhom. Ikunu jridu jibdew mill-bidu. Faċli? Żgur li le, u għalhekk hawn jidħlu l-missjunarji biex jgħinuhom jibdew jibnu ħajja u għixien ġdid. Wieħed mill-proġetti li jixtieq jgħin fih Fr Alex huwa nutrizzjoni lit-tfal li minħabba nuqqas ta’ ikel huma anemiċi u għalhekk jimirdu ħafna. Statistika tgħid li fiż-żona fejn qed jgħinu l-patrijiet mssp hemm madwar 5000 tifel u tifla li ma jieklux tajjeb kulljum. Jixtieq jghin ukoll bin-nutrizzjoni lil nisa li jkunu tqal ghax jekk huma jkunu nutriti tajjeb, it-trabi li jitwieldu jkunu b’sahhithom ukoll. Il-problema hija wkoll fuq l-anzjani ghax meta jimirdu jmutu ghax ma jkunux b’sahhithom bizzejjed biex jiggieldu l-marda.
Fil-Pakistan, minħabba li l-maġġoranza tal-poplu huma musulmani, il-ftit insara li hemm, jiġu mwarrba mis-soċjeta’, bil-konsegwenza li ma jingħatawx xoghol, it-tfal tal-familji nsara ma jkunux jistgħu jattendu skola, l-anzjani u min ikollu bżonn għajnuna medika ma jkunux jistgħu jieħdu l-għajnuna fi klinici jew sptar, etc etc. Huma l-missjunarji li jipprovdu dan kollu. Proġett important li Fr Pierre jixtieq ikompli jagħmel huwa Sistema ta’ reverse osmosis biex il-fqar ikollhom ilma tajjeb għax-xorb. Diġa’ għamlu żewġ impjanti imma jeħtieġ li jagħamlu aktar biex aktar nies fqar jibbenefikaw minn dan is-servizz.
Fil-Filippini, hemm storja oġra. Fil-Filippini hemm miljuni u miljuni ta’ nies. Qrib id-dar fejn jgħixu l-patrijiet mssp f’Manilla, jgħixu diversi nies fqar, f’dawk li jgħidulhom squatters, jiġifieri, familji numeruzi li jgħixu f’kamra waħda jew tnejn. Allura matul il-ġurnata u mal-lejl, in-nies iċemplu l-bieb tad-dar min għal ħaġa u min għal oħra. Ma jieqfu qatt. Barra min hekk Fr Joe Cremona li qed jgħin lin-nies f’Bataan, huwa wkoll iżur villaġġ il-bogħod ħafna qalb il-muntanji, fejn f’dan il-villaġġ litteralment ma hemm xejn. Fr Joe, qed jagħmel sistema taħt l-art biex dawn l-indiġeni jkollhom l-ilma biex jinqdew f’dak kollu li normalment persuna/familji jkollhom bżonn. Mingħajr ilma wieħed ma jistax jgħix u jkun b’saħħtu. Ovvjament Fr Joe jgħin lill dawn in-nies billi jtihom il-ħwejjeġ, u anke affarijiet tal-ikel.
F’Malta, parti mid-donazzjonijiet li jingabru jmorru wkoll ghad-Dar ta’ San Guzepp Santa Venera. F’din id-dar jgħixu 15 il-tifel ta’ etajiet differenti u care workers li jkunu maghhom 24/7. Jiġri li meta jaghlqu 18 il-sena, dawn ma jkunux jistgħu jibqgħu mat-tfal l-oħra, u jekk ma jkunux indipendenti/jaħdmu, dawn iż-żgħażagħ jispiċċcaw barra t-triq. Għalhekk Fr Louis Mallia din is-sena parti mill-flus li jinġabru waqt Ohloq tbissima jixtieq jibni flats biex huma jkunu jistgħu jibqgħu hawn xorta taħt osservaljanza imma ndipendenti mill-oħrajn. Dan sakemm ikunu jistgħu jmorru jgħixu għall-rashom. Proġett kbir li jiswa’ ħafna imma li bl-għajnuna tad-donazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin ikun jista’ ma jibqax fuq karta imma jsir realtà.
Agħti t-tama, agħti donazzjoni:
- 51802009 – €25
- 51902080 – €50
- https://ohloqtbissima.com/donate
- BOV Mobile Pay – 79202035
- SMS – 50619285
Ir-rettur tal-kulleġġ MSSP fir-Rabat – Fr Clinton Farrugia, li għamel l-ewwel esperjenza missjunarja tiegħu ta’ 19-il sena, qal li “għalkemm nisimgħu ħafna biex nieħdu ħsieb tagħna nfusna, irridu nkunu wkoll nies li nibnu pontijiet anke jekk dan jiġi bi skumdità jew sagrifiċċju”.
Sors: Newsbook Malta




