-
-
-
San Mattew 6, 7-15
Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk:
‘Missierna, li inti fis-smewwiet,
jitqaddes ismek,
tiġi saltnatek,
ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum.
Aħfrilna dnubietna,
bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.
U la ddaħħalniex fit-tiġrib,
iżda eħlisna mid-deni.’
Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.
Qaddis tal-jum: Santa Eliżabetta minn Schoenau
-