Hemm stennija kbira għal dawn il-mumenti ta’ djalogu f’din s-sena idedikata lil Fidi. L-Arċisqof Pawlu Cremona jistieden liż-żgħażagħ għal dawn iż-żewġ mumenti indimentikabbli, fil-pjazza tal-Imdina.

L-Arċisqof se jkun qed iwassal messaġġ qasir dwar il-Fidi u t-tifsira tiegħu fil-ħajja kontemporanja tal-lum. Dawk li se jkunu preżenti se jkollom l-opportunita’ li jagħmlu mistoqsijiet jew jikkumentaw fuq il-ħsibijiet tal-Arċisqof.

Link Youths, il-grupp li qed jorganiżżaw din l-event bil-koordinazzjoni tal-KDŻ, se jkunu qed joħolqu atmosfera biex l-esperjenza tkun waħda intensa u intima. Gruppi li qed jikkolaboraw fl-organiżżażżjoni huma l-moviment tal-Fokolari u G7.30 Paola, sabiex jkunu tassew żewġ lejliet memorabbli.

L- Erbgħa 17 t’April – 7.30pm sat-8.30pm
L-Erbgħa 24 t’April – 7.30pm sat-8.30pm

.