Pope with Vatican workers

Lebsin bl-ilbies tax-xogħol, ħaddiema tal-Vatikan, fosthom ġardinara u ħaddiema li jnaddfu u jiġbru l-iskart, ingħaqdu mal-Papa Franġisku għall-quddies ta’ filgħodu. Il-koordinatur tal-ħaddiema qal li kienet okkażjoni li ma tiġix kuljum. Wara l-quddiesa kellhom il-ħin li jitolbu privatament, bil-Papa jingħad li poġġa magħhom fl-aħħar ringiela ta’ siġġijiet fil-Kappella tad-Domus Sanctae Marthae, fejn Franġisku qed joqgħod.