Il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2012, festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ċċelebra Quddiesa li matulha ġew ordnati disa’ saċerdoti ġodda (7 djoċesani u 2 reliġjużi), fil-KonKatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta.

Is-Saċerdoti l-ġodda huma:

  • Fr. Dillon Bugeja mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, Żurrieq
  • Fr. Mark Cachia, Ġiżwita
  • Fr. Robin Camilleri mill-Parroċċa ta’ Sant’ Andrija, Ħal Luqa
  • Fr. Roderick Camilleri mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar
  • Fr. Mario Dimech mill-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi
  • Fr. Anthony Paul Fitzpatrick mill-Parroċċa ta’ Sidna Marija ta’ Fatima, Gwardamanġa
  • Fr. George Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi
  • Fr. Walter Vassallo mill-Ordni tal-Patrijiet Minuri
  • Fr. Michael Zammit mill-Parroċċa ta’ Sant’ Elena, Birkirkara.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]