Is-sibt 21 ta’ April – Is-sitt edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Jum iż-Żgħażagħ ġie mtella’ ġewwa l-awditorjum tal-Parroċċa ta’ Ħ’Attard. Tmien bands insara lokali daqqew l-innijiet oriġinali tagħhom live lil sala mimlija żgħażagħ. It-tema tal-konkors għal din is-sena kienet: “Ifirħu dejjem fil-Mulej” (Fil 4,4)

Il-kanzunetti kienu evalwati b’mod individwali minn ġurija magħmula minn seba’ esperti. Lejn tmiem il-programm, ir-riżultati ħabbru lill-innu ‘I Will Rejoice’, minn The Pilgrimage bħala l-aħjar kanzunetta. Il-gruppi Temple u Colour ġew ingħataw rikonoxximent għall-aħjar interpretazzjoni u l-aħjar lirika rispettivament. Il-parteċpanti l-oħra fil-konkors kienu Footprints, Connections, Roots, A+B-C, u His Project.

Il-Konkors Kanzunetta Jum iż-Żgħażagħ hija inizzjattiva lokali fejn mużiċisti insara jikkomponu innijiet li jesprimu t-tema li l-Papa kull sena jipproponi liż-żgħażagħ. Din l-edizzjoni tal-Konkors ġiet organiżżata mill-grupp YouthReach ta’ Ħ’Attard b’kordinazzjoni mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDZ).