Pope Benedict XVI

-għarfien ta’ Kristu Rxoxt permezz tal-Kelma tiegħu u tal-Ewkaristija kien il-qofol tal-messaġġ tal-Papa Benedittuc XVI lbieraħ waqt ir-riflessjonijiet abbinati mar-reċita tar-Regina Caeli, li bejn l-Għid il-Kbir u Pentekoste tieħu post it-talba tal-Angelus. F’dan it-tielet Ħadd tal-Għid, il-Papa qal lib l-istess mod Kristu Rxoxt deher fost l-appostli, illum ukoll “is-Salvaturjassigurana bil-preżenza reali tiegħu permezz tal-kelma u l-Ewkaristija” u bħal ma ta l-paċi lid-dixxipli tiegħu, illum ukoll “huwa jagħtina l-paċi tiegħu, jiftħilna ħajjitna għall-ferħ  u jistedinna nagħtu xiehda tiegħu fid-dinja kollha, ikkaratterizzata mit-tbatija, mill-uġigħ u mill-biża”.

Fost l-eluf ta’ nies preżenti fi Pjazza San Pietru lbieraħ filgħodu, kienu bosta tfal minn parroċċi differenti fid-djoċesi ta’ Ruma, li bħalissa qed jitħejjew għall-Ewwel Tqarbina. Huma ngħaqdu taħt it-tieqa tal-istudju tal-Papa jitħejjew għall-udjenza tiegħu b’kant u tixjir ta’ bżieżaq.

Meta għamel ir-riflessjoni tiegħu qabel it-talba tar-Regina Caeli, il-Kap tal-Knisja Kattolika ħeġġeġ lis-saċerdoti, lill-ġenituri, lill-katekisti sabiex  jitħejjew għall-Kelma u għall-Ewkaristija b’iżjed fidi, b’intensita u astinenza. Ikompli jfisser l-importanza tal-laqgħa ta’ kull individwu ma’ Kristu. Waqt li rrefera għal-Liturġija tal-Ħadd, preċiżament Kapitlu 24 tal-Vanġelu ta’ San Luqa, il-Papa qal li “is-Salvatur jassigurana bil-preżenza reali tiegħu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija”. Meta kkwota lil San Tumas t’Akwinu, huwa qal li “hu assolutament meħtieġ li wieħed jagħraf skont il-fidi nisranija kattolika li fis-sagrament Kristu hu preżenti b’mod sħiħ”..

Finalment il-Papa talab bl-interċessjoni tal-Madonna sabiex tgħin lil kull individwu jisma l-messaġġ fil-Kelma t’Alla u jipparteċipa fl-ikla tal-Mulej bil-għan aħħari jkun li jagħti xiehda tal-umanita l-ġdida.