Il-programm ta’ din il-ġimgħa ser tiffoka fuq kemm hu kbir Alla li ħalaq dan il-ħolqien verament majestuz u sabiħ biex inkunu nistaw ingawduh aħna.   Alla qed jirrivela lilU nnifsu anke permezz tal-holqien.

Ian f’dan il programm ser jiddiskuti ma Dr Nicholas Sammut, it-tema dwar l-evoluzzjoni u l-fidi. Martina, flimkien ma xi żgħażagħ oħra ser ikomplu jiddiskutu mal-Arċisqof  Pawlu Cremona O.P. dwar l-evanġelju tal-Ħadd li ġej u Nicholette Busuttil ser tispjega kif il-Jesuit Refugee Service jaraw il-Wiċċ ta’ Ġesu’ permezz tal-ħidma importanti tagħhom mar refuġjati.

Il-programm  jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa, wara l-aħbarijiet tan-NET NEWS tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija, b’ripetizzjonijiet oħra matul il-ġimgħa.

Ser ikun hemm membri tal-Komunità Marana Thà biex iwieġbu għat-telefonati fuq in-numri li ser jidhru waqt il-programmi kollha. Jistgħu jintbagħatu wkoll messaġġi fuq in-numru 79474447.