Pope praying

Tul ix-xahar t’Awwissu, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed iżomm bħala intenzjoni ġenerali fit-talb tiegħu dak kollu li se jsir fl-attivitajiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, “sabiex din iċ-ċelebrazzjoni tinkoraġixxi liż-żgħażagħ madwar id-dinja jibnu ħajjithom fuq Kristu”.

Bħal kull xahar, meta l-Appostolatura tħabbar l-intenzjoni ġenerali għat-talb tal-Papa,  titħabbar ukoll l-intenzjoni missjunarja li għal Awwissu hi “sabiex l-insara tal-Punent ikunu miftuħa għall-opri tal-Ispirtu s-Santu u jiskopru mill-ġdid l-entużjażmu tal-fidi”.