•  

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi flimkien mad-direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt, dalgħodu ltaqgħu mal-voluntiera li qed iħejju għall-ikla ta’ Jum il-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, għal dawk li jinsabu weħidhom u li huma mġarrba mis-solitudini. Din is-sena għal din l-ikla ser jattendu madwar 500 persuna. Din hija r-raba’ sena konsekuttiva li Caritas Malta qed torganizza din l-ikla fil-Kurja, bl-appoġġ ta’ Alf. Mizzi Foundation u l-Uffiċċju tal-President.

     

  • Ritratti: knisja.mt/ritratti