-
-
L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona ser jilqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, nhar il-Ħamis, 20 ta’ Diċembru, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta, fit-3:00 p.m.
L-Isqfijiet qed jistiednu wkoll lill-pubbliku għal bdil tal-awguri tal-istaġun, nhar il-Ħadd, 23 ta’ Diċembru, bejn l-10:00 a.m. u nofsinhar, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja. Dakinhar, għall-ħabta tal-10:15 a.m., l-Arċisqof iwassal messaġġ lil dawk preżenti.