STQARRIJA TAL-PROVINCJA DUMNIKANA MALTIJA SAN PIJU V

DWAR INTERVENTI FUQ MEZZI TAX-XANDIR MINN P. MARK MONTEBELLO O.P.

Minn zmien ghal zmien, kultant ukoll b’certu frekwenza, P. Mark Montebello OP, sacerdot Dumnikan, jigi mistieden jiehu sehem fi programmi tar-radju jew tat-televizjoni biex jitkellem fuq temi kurrenti.   Artikli tieghu jidhru wkoll regolarment f’gazzetti lokali.

Sfortunatament, diversi interventi tieghu, bil-fomm jew bil-kitba, spiss iweggghu is-sentimenti ta’ maltin, partikolarment, imma mhux biss, ta’ insara prattikanti.  Dan jigri  jew minhabba l-inezattezza duttrinali taghhom, jew minhabba l-insensitivita’ li P. Mark juri meta jittratta certu temi.

F’dan il-kuntest, Il-Provincja Dumnikana Maltija, wara konsultazzjonijiet mal-Awtoritajiet Ekklezjastici lokali, tiddikjara li:

–          Jiddispjaciha ghal kull disgwid, tahwid tal-mohh u rabja, li  nterventi ta’ P. Mark Montebello OP, fi kwalunkwe forma taghhom,  setghu holqu fil-qarrejja jew telespettaturi jew nsara li jattendu  l-quddies tieghu;

–          Tiddisassocja ruhha mill-fehmiet li jesprimi P. Mark Montebello OP meta dawn ma jkunux jaqblu mad-duttrina jew mal-linji generali li tiehu l-Knisja.

–          Se tiehu passi biex tizgura li P. Mark Montebello OP jaghraf u jerfa’ ahjar ir-responsabiltajiet tieghu bhala sacerdot u religjuz dumnikan.

Il-Provincja Dumnikana Maltija, b’danakollu, ma tridx tonqos milli turi l-apprezzament kbir taghha ghal hidmiet ohrajn li P. Mark Montebello OP iwettaq, partikolarment dawk  ma’ persuni emarginati, habsin u vittmi ta’  kriminalita’.