Violence on women

“Fl-Ewropa, minn 20 sa 25% tan-nisa, għal tal-inqas darba f’ħajjithom, sofrew abbuż fiżiku. Kuljum, fl-Unjoni Ewropea, mara minn ħamsa hi vittma ta’ xi forma ta’ abbuż”, jew fiziku bis-swat, jew sesswali sew psikoloġiku. “95% ta’ dawn l-abbużi jseħħu ġod-dar, fi ħdan il-familja.” “Ir-rati għolja ta’ abbuż kommess minn ex-sieħba juru li n-nisa mhumiex protetti biżżejjed, anki meta xi kultant jirnexxielhom iwaqqfu r-relazzjoni vjolenti li jkunu fiha”.

Dawn huma sejbiet li ħarġu minn stħarriġ imsejjaħ “Let’s shed a light on violence”, liema stħarriġ kien sottomes fi ħdan il-Parlament Ewropew fl-okkażjoni tal-Jum Dinji Kontra l-Abbuż tan-Nisa. Il-President tal-Kummissjoni Parlamentari għall-Opportunitajiet Indaqs, Eva-Britt Svensson, u d-Deputat President tal-Asemblea, Roberta Angelilli, ippromovew is-sottomisjoni tas-sejbiet fl-istħarriġ, segwiti eventwalment minn diskussjoni dwar is-suġġett u vot fuq ir-riżoluzzjoni. L-istħarriġ, li skont l-awturi hu nieqes minn ċerti ċifri komparabbli tal-Ewropa, juri l-konsegwenzi ta’ forom differenti ta’ abbuż fuq is-saħħa u l-psike tal-bniedem.

L-istħarriġ jirraporta li huma biss “18% tan-nisa li jqisu l-abbuż li jsofru bħala krimini”, waqt li għandhom it-tendenza li jqisu dak li jiġri bħala “xi ħaġa ħażina imma mhux krimini”. Din hija d-direzzjoni tal-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa, “li kien l-ewwel lok internazzjonali u l-iktar wieħed diterminat li jieħu azzjoni bil-għan li kull abbuż fuq in-nisa jitqies bħala krimini fis-sistema legali”, jekk xejn bil-promozzjoni ta’ kampanji bil-ħsieb li jqajmu kuxjenza.

“Bażikament, hemm problema kulturali – sostniet Eva-Britt Svensson, President tal-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew għall-opportunitajiet indaqs – u wasal iż-żmien li nibdew nitkellmu, L-abbuż fuq il-mara hu problema strutturali fl-ewropa wkoll. Meħtieġa pjani nazzjonali effettivi, sistemi ta’ protezzjoni legali u kampanji edukattivi immirati għaż-żgħażagħ”. Ir-riżoluzzjoni mressqa għall-vot mill-MEPs, tinkludi talba għal liġijiet statli, “programmi u fondi għal assoċjazzjonijiet volontarji” li jipprovdu asistenza u kenn lin-nisa abbużati jew stuprati, kif ukoll “pjan strateġiku wiesgħa tal-UE”, pariri legali bla ħlas u kampanji edukattivi maħsuba biex iqajmu kuxjenza dwar is-suġġett.