Nhar il-Ħadd, 8 ta’ Novembru, 2009, fis-sitta ta’ filgħaxija, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ser imexxi konċelebrazzjoni solenni fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid li fiha se jiġu ordnati Djakni sitt seminaristi u Agostinjan. Kulħadd huwa mistieden għal din iċ-ċelebrazzjoni, filwaqt li nkomplu nitlobu għall-aktar vokazzjonjiet u għall-qdusija tas-saċerdoti b’mod speċjali f’din is-sena dedikata lilhom.
Ritratt: (fuq quddiem) Fra Deo Debono OSA, Sem. Stefan Galea (Maria Bambina, Naxxar), Sem. Mark Ellul (San Sebastjan, Ħal-Qormi), (fuq wara) Sem. Emmanuel Schembri (Kristu Re, Raħal Ġdid), Sem. Blake Camilleri (Maria Annunzjata, Ħal-Balzan), Sem. Marc André Camilleri (Salvatur, Ħal-Lija), Sem. Noel Borg (Sant’ Elena, Birkirkara).